Skip to main content

Sistemi legali - tal-UE u nazzjonali

Informazzjoni ġenerali dwar is-sistemi ġudizzjarji diversi fil-pajjiżi tal-UE.

Qrati tal-UE

Is-sistema tal-qrati tal-Unjoni Ewropea (UE) hija magħmula minn tliet elementi: il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati f’oqsma speċifiċi. Dawn il-qrati tal-UE jiżguraw li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE jkunu osservati.

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri huma ferm differenti u jirriflettu d-differenzi fit-tradizzjonijiet ġudizzjarji nazzjonali.

Qrati ordinarji nazzjonali

Il-qrati ordinarji huma l-qalba tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri. Huma jittrattaw il-parti l-kbira tal-proċedimenti ġudizzjarji. L-ambitu tal-ġurisdizzjoni tagħhom ivarja ħafna. Hawnhekk tista’ ssib informazzjoni dwar il-qrati ordinarji u l-ġurisdizzjoni tagħhom f’kull Stat Membru.

Qrati speċjalizzati nazzjonali

F’diversi Stati Membri hemm qrati speċjalizzati li jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi. Ta’ spiss qrati bħal dawn jittrattaw tilwim li jikkonċerna kwistjonijiet amministrattivi jew f’xi każijiet tilwim bejn persuni privati jew negozji.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna